Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – VTZ et vs Il-Kunsill

(Kawża T-108/13) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja – Dazju antidumping definittiv – Prodott ikkonċernat”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Volžskij trubnyi zavod OAO (VTZ OAO) (Volzhsky, ir-Russja); Taganrogskij metallurgičeskij zavod OAO (Tagmet OAO) (Taganrog, ir-Russja); Sinarskij trubnyj zavod OAO (SinTZ OAO) (Kamensk-Uralsky (ir-Russja); Severskij trubnyj zavod OAO (STZ OAO) (Polevskoy, ir-Russja) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, F. Di Gianni u G. Coppo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch, avukat, u B. Byrne, solicitor, sussegwentement minn B. Byrne u fl-aħħar nett minn E. McGovern, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, B.-R. Killmann u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. (Ostrava-Kunčice, ir-Repubblika Ċeka); Benteler Steel/Tube GmbH (Paderborn, il-Ġermanja); Dalmine SpA (Dalmine, l-Italja); Productos Tubulares, SA (Valle de Trápaga, Spanja); Rohrwerk Maxhütte GmbH (Sulzbach-Rosenberg, il-Ġermanja); ArcelorMittal Tubular Products Roman SA (Roman, ir-Rumanija); Silcotub SA (Zalău, ir-Rumanija); Tubos Reunidos Industrial, SL (Amurrio, Spanja); V & M Deutschland GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja); V & M France (Boulogne-Billancourt, Franza); Vallourec Mannesmann Oil & Gas France (Aulnoye-Aymeries, Franza); u voestalpine Tubular GmbH & Co. KG (Kindberg (l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Gubel, avukat, u B. O’Connor, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1269/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter-alia, mir-Russja, wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 357, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud kollu kemm hu.

Volžskij trubnyi zavod OAO (VTZ OAO), Taganrogskij metallurgičeskij zavod OAO (Tagmet OAO), Sinarskij trubnyj zavod OAO (SinTZ OAO) u Severskij trubnyj zavod OAO (STZ OAO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., Benteler Steel/Tube GmbH, Dalmine SpA, Productos Tubulares, SA, Rohrwerk Maxhütte GmbH, ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Silcotub SA, Tubos Reunidos Industrial, SL, V & M Deutschland GmbH, V & M France, Vallourec Mannesmann Oil & Gas France u voestalpine Tubular GmbH & Co. KG.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 114, 20.4.2013.