Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2023 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-27 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-826/14, Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-776/23 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2023, fil-kawża Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-826/14, EU:T:2023:582);
tiċħad ir-rikors għal annullament fil-Kawża T-826/14 (Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni);
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tqajjem żewġ aggravji u tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:
1. Żball ta’ liġi dwar il-portata tad-deċiżjonijiet inizjali, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni miġjuba mill-Istat Membru (l-ewwel aggravju);
2. Żball ta’ liġi dwar il-valur ta’ prassi amministrattiva vinkolanti, billi qieset li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna ma jistax jiġi estiż (it-tieni aggravju).
____________