Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-58/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent dwar l-eżekuzzjoni, mill-konvenuta, tas-sentenza mogħtija fl-4 ta’ Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-41/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, u l-kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni jew, tal-inqas, imputabbli għal din tal-aħħar, li tiċħad, tkun xi tkun il-forma ta’ din iċ-ċaħda u sew jekk din tkun parzjali jew totali, il-pretensjonijiet tar-rikorrent ifformulati fit-talba tal-25 ta’ Marzu 2011;

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni jew, tal-inqas, imputabbli għal din tal-aħħar, li tiċħad, tkun xi tkun il-forma ta’ din iċ-ċaħda u sew jekk din tkun parzjali jew totali, il-pretensjonijiet tar-rikorrent ifformulati fl-ilment tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2011;

sa fejn ikun hemm bżonn, jikkonstata li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod illegali meta astjeniet, tal-inqas parzjalment, milli tadotta fi żmien raġonevoli l-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fl-4 ta’ Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-41/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 70 000 bħala kumpens għad-dannu inġust li huwa ġarrab minħabba l-astensjoni illegali tal-Kummissjoni milli tadotta l-miżuri kollha ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-4 ta’ Novembru 2008;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.