Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2009 - Lior vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Lior

(Kawżi magħquda T-192/01 u T-245/04)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Programmi Thermie u Altener II - Kuntratti dwar proġetti fil-qasam tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u ta' enerġija effiċjenti - Ammissibbiltà - Talba għal ħlas - Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż - Talba għal rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem - Danni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-192/01: Lior GEIE (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment V. Marien u J. Choucroun, sussegwentement V. Marien, avocats)

Konvenuta fil-Kawża T-192/01: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment H. Støvlbæk, aġent, assistit minn M. Bra, avocat, sussegwentement H. Støvlbæk u M. Konstantinidis, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avocat)

Rikorrenti fil-Kawża T-245/04: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Konvenuti fil-Kawża T-245/04: Lior GEIE u Lior International NV (Hoeilaart, il-Belġju) (rappreżentant: V. Marien)

Suġġett

Żewġ rikorsi abbażi tal-Artikolu 238 KE ippreżentati rispettivament minn Lior GEIE u mill-Kummissjoni fir-rigward ta' seba' kuntratti konklużi bejn il-Kummissjoni u Lior fil-kuntest tal-programm Thermie u ta' kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u Lior fil-kuntest tal-programm Altener II.

Dispożittiv

Lior GEIE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni:

EUR 6 156.75 għal-kuntratt Biogaz, il-kuntratt Biomasse u l-kuntratt Maxibrochure bioclimatique, li b'effett mit-28 ta' Frar 2002 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid tiegħu f'Euros li kienet fis-seħħ fi Frar 2002 miżjuda b'punt u nofs sal-31 ta' Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta' Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu;

EUR 16 325.11 għall-kuntratt Biomasse, li b'effett mit-30 ta' Ġunju 2002 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid tiegħu f' Euros li kienet fis-seħħ f'Ġunju 2002 miżjuda b'punt u nofs sal-31 ta' Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta' Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu;

EUR 3 980 għall-kuntratt Wind Energy, li b'effett mill-15 ta' Jannar 2002 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid tiegħu f'Euros li kienet fis-seħħ f'Jannar 2002 miżjuda b'punt u nofs sal-31 ta' Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta' Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu;

EUR 36 000 għall-kuntratt Transport, li b'effett mill-31 ta' Awwissu 2001 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid tiegħu f'Euros li kienet fis-seħħ f'Awwissu 2001 miżjuda b'punt u nofs sal-31 ta' Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta' Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu;

EUR 36 000 għall-kuntratt Photovoltaïque, li b'effett mill-31 ta' Awwissu 2001 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid tiegħu f'Euros li kienet fis-seħħ f'Awwissu 2001 miżjuda b'punt u nofs sal-31 ta' Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta' Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu.

Lior hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni l-ammont ta' EUR 32 800 għall-kuntratt Agores, li b'effett mit-28 ta' Frar 2003 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid tiegħu f' Euros li kienet fis-seħħ fi Frar 2003 miżjuda b'punt u nofs, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu.

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tal-Kummissjoni fil-Kawża T-245/04 intiżi sabiex Lior International NV tiġi kkundannata bħala responsabbli in solidum għall-ħlas tal-ammonti dovuti minn Lior.

Minbarra l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura prinċipali fil-Kawżi magħquda T-192/01 u T-245/04, Loir hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż tal-Kummissjoni relatati ma din il-proċedura.

Lior hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-192/01 R.

Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura prinċipali fil-Kawża T-192/01 u tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura mibdija kontra Loir fil-Kawża T-245/04.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mar-rikors ippreżentat kontra Loir International fil-Kawża T-245/04.

Loir International għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 97, 20.04.2002