Language of document : ECLI:EU:T:2009:365





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Lior vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Lior

(Kawżi magħquda T‑192/01 u T‑245/04)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programmi Thermie u Altener II – Kuntratti dwar proġetti fil-qasam tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u ta’ enerġija effiċjenti – Ammissibbiltà – Talba għal ħlas – Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż – Talba għal rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem – Danni”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Persuna ġuridika (Regoli tal-Proċedura tal‑Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(5)(b); Regolament tal-Kunsill Nru 2137/85) (ara l-punti 213-216, 229, 243)

2.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti li jagħtu għajnuna finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ proġetti fil-qasam ta’ azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 353, 408, 453, 456, 481, 523-525, 642, 643, 655, 664, 669, 670)

Suġġett

Żewġ rikorsi abbażi tal-Artikolu 238 KE ppreżentati rispettivament minn Lior GEIE u mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ seba’ kuntratti konklużi bejn il‑Kummissjoni u Lior fil-kuntest tal-programm Thermie u ta’ kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u Lior fil-kuntest tal-programm Altener II.

Dispożittiv

1)

Lior GEIE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni:

–        EUR 6 156.75 għall-kuntratt Biogaz, il-kuntratt Biomasse u l-kuntratt Maxibrochure bioclimatique, li b’effett mit-28 ta’ Frar 2002 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu f’euro li kienet fis-seħħ fi Frar 2002, miżjuda b’punt u nofs sal-31 ta’ Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta’ Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu;

–        EUR 16 325.11 għall-kuntratt Biomasse, li b’effett mit-30 ta’ Ġunju 2002 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu f’euro li kienet fis-seħħ f’Ġunju 2002, miżjuda b’punt u nofs sal-31 ta’ Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta’ Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu;

–        EUR 3 980 għall-kuntratt Wind Energy, li b’effett mill-15 ta’ Jannar 2002 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu f’euro li kienet fis-seħħ f’Jannar 2002, miżjuda b’punt u nofs sal-31 ta’ Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta’ Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu;

–        EUR 36 000 għall-kuntratt Transport, li b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2001 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu f’euro li kienet fis-seħħ f’Awwissu 2001, miżjuda b’punt u nofs sal-31 ta’ Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta’ Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu;

–        EUR 36 000 għall-kuntratt Photovoltaïque, li b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2001 għandu jiżdied bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu f’euro li kienet fis-seħħ f’Awwissu 2001, miżjuda b’punt u nofs sal-31 ta’ Diċembru 2002 u bi tliet punti u nofs mill-1 ta’ Jannar 2003, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu.

2)

Lior hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni l-ammont ta’ EUR 32 800 għall-kuntratt Agores, li b’effett mit-28 ta’ Frar 2003 għandu jiżdied bl‑interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew applikabbli għall‑operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu f’euro li kienet fis‑seħħ fi Frar 2003, miżjuda b’punt u nofs, u dan sa mal-ħlas jitwettaq kollu.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tal-Kummissjoni fil-Kawża T‑245/04, intiżi sabiex Lior International NV tiġi kkundannata bħala responsabbli in solidum għall-ħlas tal-ammonti dovuti minn Lior.

4)

Minbarra l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura prinċipali fil-Kawżi magħquda T‑192/01 u T-245/04, Lior hija kkundannata tbati kwart tal‑ispejjeż tal-Kummissjoni relatati ma din il-proċedura.

5)

Lior hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T‑192/01 R.

6)

Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha relatati mal‑proċedura prinċipali fil-Kawża T‑192/01 u tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura mibdija kontra Lior fil-Kawża T‑245/04.

7)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mar-rikors ippreżentat kontra Lior International fil-Kawża T‑245/04.

8)

Lior International għandha tbati l-ispejjeż tagħha.