Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2014 – Autogrill España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa – Deċiżjoni li tikklassifika din l-iskema bħala għajnuna mill-Istat, li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Natura selettiva – Identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi vantaġġati mill-miżura – Assenza – Ksur tal-Artikolu 87(1) KE”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Autogrill España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).DispożittivL-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja, huma annullati.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.