Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Novembru 2011 - Ecologistas en Acción - CODA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-603/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Parties

Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Doreste Hernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rifjut ta' aċċess għad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti fil-proċedura GESTDEM 2011/6, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż..

Motivi u argumenti prinċipali

Id-dokumenti mitluba mir-rikorrenti u li huma s-suġġett tal-proċedura preżenti huma l-istess bħal dawk ikkonċernati fil-Kawża T-341/11, Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati insostenn ta' dan ir-rikors huma l-istess bħal dawk invokati fl-imsemmija kawża, fejn kienet ġiet ikkontestata d-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tal-istess talba għal aċċess.

____________