Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Novembru 2011 - Novartis vs UASI - Organic (BIOCERT)

(Kawża T-605/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dr. Organic Ltd (Swansea, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 1030/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BIOCERT", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 5, 29, 30, 31, 32, 35 u 44 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7134984

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "BIOCEF"irreġistrata fl-Awstrija bin-Nru 136273, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1) (b) u 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) interpreta ħażin il-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-qrati Ewropej u kkonkluda b'mod żbaljat li ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn "BIOCEF" u "BIOCERT"; u (ii) b'mod żbaljat ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq fatti li ma kinux tressqu mill-partijiet fil-proċedimenti.

____________