Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2014 – Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-603/11) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar it-twettiq ta’ proġett industrijali f’żona protetta skont id-Direttiva 92/43/KEE – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Oppożizzjoni mmanifestata mill-Istat Membru – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji – Informazzjoni dwar l-ambjent – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Doreste Hernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u I. Martínez del Peral, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment S. Centeno Huerta, sussegwentement M. J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Settembru 2001, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-proġett ta’ bini ta’ port fi Granadilla (Tenerife, Spanja), trażmessi mill-awtoritajiet Spanjoli lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ecologistas en Acción-CODA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.