Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2013 - Think Schuhwerk vs UASI - Müller (VOODOO)

(Kawża T-50/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (Kopfing, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Müller (Ulm, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Novembru 2012 fil-Każ R 474/2012-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "VOODOO" għal prodotti fil-klassi 25 - Trade mark Komunitarja Nru 5 832 464

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Andreas Müller

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________