Language of document : ECLI:EU:T:2015:316





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Mejju 2015 — Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI – Vieweg (goldstück)

(Kawża T‑47/13 DEP)

“Proċedura — Intaxxar tal-ispejjeż — Inammissibbiltà manifesta”

Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Kontestazzjoni tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 92(1)) (ara l-punti 11‑12)

Suġġett

Talba għall-intaxxar tal-ispejjeż wara s-sentenza tad-29 ta’ Jannar 2014, Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI – Vieweg (goldstück) (T‑47/13, EU:T:2014:37).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH u Christin Vieweg għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.