Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-281/24)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal, E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi naqset milli tirrevedi, u, fejn neċessarju, billi la aġġornat u lanqas ma qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskji tal-għargħar fit-termini previsti, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2007/60/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar;

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Konformement mal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2007/60/KE, l-Istati Membri tal-Unjoni kellhom l-obbligu jirrevedu, u, fejn neċessarju, jaġġornaw, il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskji tal-għargħar sat-22 ta’ Diċembru 2021. Konformement mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2007/60/KE l-Istati Membri kellhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-reviżjoni jew, fejn possibbli, l-aġġornamenti tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskji tal-għargħar sat-22 ta’ Marzu 2022.

Ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2007/60/KE sat-termini msemmija.

____________

1 ĠU 2007 L 288, p. 27.