Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2024 – WAAA vs CPVO – Teak Enterprises (Cripps Pink u Cripps Red)

(Kawża T-159/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Western Australian Agriculture Authority (WAAA) (South Perth, l-Awstralja) (rappreżentanti: T. Bouvet u C. Devinant, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teak Enterprises Pty Limited (Applecross, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO

Proprjetarju tad-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Id-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità kontenzjuża kkonċernata: Cripps Pink u Cripps Red varieties – id-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità Nru 1640 u Nru 3425

Proċedimenti quddiem iċ-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tat-12 ta’ Jannar 2024 fil-każijiet magħquda A 019/2021 u A 020/2021.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tbiddel id-deċiżoni kkontestata u ssostni ċ-CPVO bir-raġun;

ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet imniżżla biex tiftaħ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma jintlaħqux;

iddeċidiet li ma tiddikjarax il-varjetajiet Cripps Pink u Cripps Red nulli;

tikkundanna lil Teak Enterprises Pty Limited għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009, flimkien mal-Artikolu 266 TFUE, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u d-dispożizzjonijiet dwar l-onus tal-prova;

Ksur tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 flimkien mal-Artikolu 53a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009, flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar l-onus tal-prova.

____________