Language of document :

Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2023 minn Groz-Beckert KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-6 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-276/22, Groz-Beckert KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-691/23 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Groz-Beckert KG (rappreżentant: M. Nielen, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-7 ta’ Frar 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż.

____________