Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-14/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Carrozzini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tal-irkupru ta’ diversi ammonti mnaqqsa mill-allowance ta’ invalidità tar-rikorrenti għax-xhur ta’ April sa Settembru 2013.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikont tal-pensjoni għax-xhur ta’ April sa Settembru 2013, dwar it-tnaqqis tal-allowance ta’ invalidità li kellu dritt għaliha r-rikorrent matul l-imsemmija xhur ta’ EUR 504.67 għax-xahar ta’ April, ta’ EUR 504.72 għax-xahar ta’ Mejju u ta’ EUR 508.38 għax-xhur ta’ Ġunju sa Settembru;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet, irrispettivament mill-forom tagħhom, li jiċħdu l-ilmenti tas-16 ta’ Lulju 2013 u tas-7 ta’ Ottubru 2013, ippreżentati kontra d-deċiżjonijiet iċċitati;

tannulla kull deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-24 ta’ Ottubru 2013, li tinkludi r-referenza “Ref. Ares(2013)3327388 – 24/10/2013” fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-ewwel paġna;

tannulla kull deċiżjoni inkluża fl-ittra tas-17 ta’ Mejju 2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somom segwenti: (1) EUR 504.67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Mejju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (2) EUR 504.72, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ġunju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (3) EUR 508.38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Lulju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (4) EUR 508.38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Awwissu 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (5) EUR 508.38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Settembru 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (6) EUR 508.38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ottubru 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas;tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.