Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Tariffa preferenzjali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha – Benefiċċju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ammont tal-għajnuna – Għajnuna ġdida”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alcoa Trasformazioni Srl (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, T. Müller-Ibold, F. Salerno, G. Scassellati Sforzolini u G. Rizza, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Gippini Fournier, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/460/KE, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar għajnuna mill-Istat C 38/A/04 (ex NN 58/04) u C 36/B/06 (ex NN 38/06), implementata mill-Italja favur Alcoa Trasformazioni (ĠU 2010, L 227, p. 62).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Alcoa Trasformazioni Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relattivi għall-proċedura għal miżuri provviżorji.Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.