Language of document : ECLI:EU:T:2021:877


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Alessio et vs BĊE

(Kawża T620/20)

“Rikors għal annullament – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Irkupru u riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Miżuri ta’ intervent bikri – Deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja – Deċiżjonijiet ta’ estensjoni sussegwenti – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li mhux pubbliku u li lanqas ġie nnotifikat lir-rikorrent – Konoxxenza eżatta tal-kontenut u tal-motivi – Obbligu li jintalab it-test sħiħ tal-att f’terminu raġonevoli ladarba l-eżistenza tiegħu ssir magħrufa

(is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 39, 40, 42 sa 44, 46 sa 48, 81 sa 84)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Jannar 2019 li tqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2019 li testendi t-tul tal-amministrazzjoni temporanja kif ukoll tad-deċiżjonijiet ta’ proroga sussegwenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Roberto Alessio u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk imġarrba mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mat-talba għal intervent.