Language of document : ECLI:EU:T:2021:869


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (IsSitt Awla) tat8 ta’ Diċembru 2021 – Sun West et vs IlKummissjoni

(Kawża T623/20)

“Għajnuna mill-Istat – Produzzjoni ta’ elettriku permezz ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi – Obbligu ta’ xiri tal-elettriku bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq – Ċaħda ta’ lment – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 12(1) u Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami tal-ilmenti – Obbligi tal-Kummissjoni – Ilment imressaq minn impriża interessata intiż li jinforma lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mħallsa illegalment sabiex tinkiseb deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-imsemmija għajnuna – Inammissibbiltà tal-ilment – Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Assenza

(Artikolu 107(1) TFUE u Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 1(f) u (h), Artikolu 12(1) u Artikolu 24(2))

(ara l-punti 25 sa 34, 37 sa 56)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kompetenzi u ġurisdizzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali – Rwol tal-qrati nazzjonali – Salvagwardja tad-drittijiet tal-partijiet f’kawża fil-każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ notifika minn qabel – Obbligu tal-qrati nazzjonali li jisiltu l-konsegwenzi kollha minn dan il-ksur konformement mad-dritt nazzjonali

(Artikoli 107 u 108 TFUE)

(ara l-punti 35, 36)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami tal-ilmenti – Obbligi tal-Kummissjoni – Fażi ta’ eżami preliminari – Obbligu ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni – Portata – Eżami diliġenti u imparzjali tal-ilment

(Artikolu 107(1) TFUE u Artikolu 108 TFUE; Regolament 2015/1589, Artikolu 12(1) u (2) u Artikolu 24(2))

(ara l-punt 48)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑28 ta’ Lulju 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa illegalment mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi ta’ enerġija fotovoltajka permezz tad-digrieti tariffarji tal‑10 ta’ Lulju 2006, tat‑12 ta’ Jannar u tal‑31 ta’ Awwissu 2010, sabiex tiġi kkonstatata l-inkompatibbiltà tagħha mas-suq intern.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sun West, JB Solar u Azimut56 għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.