Language of document : ECLI:EU:T:2021:864


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Ċipru vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI)

(Kawża T556/19)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GRILLOUMI – Trade marks ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali verbali preċedenti ΧΑΛΛΟΥΜΙ HALLOUMI – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-servizzi u tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 29 sa 31)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 38, 40, 41)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali GRILLOUMI – Trade marks verbali ΧΑΛΛΟΥΜΙ HALLOUMI

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 39, 42, 43, 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1284/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Fontana Food.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għal Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1284/2018-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika ta’ Ċipru.

3)

Fontana Food AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.