Language of document : ECLI:EU:T:2021:870


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat8 ta’ Diċembru 2021 – Dyson et vs IlKummissjoni

(Kawża T127/19) (1)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Enerġija – Direttiva 2010/30/UE – Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettar u informazzjoni standard dwar il-prodott, tal-konsum tal-enerġija – Regolament Delegat (UE) Nru 665/2013 – Tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners – Effikaċja enerġetika – Metodu tal-kejl – Annullament mill-Qorti Ġenerali – Ksur suffiċjentement serju ta’ regola tal-liġi maħsuba biex tagħti drittijiet lil individwi”

1.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 14)

2.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni tal-Unjoni mnaqqas jew ineżistenti fil-mument tal-adozzjoni tal-att – Neċessità li jittieħdu inkunsiderazzjoni elementi kuntestwali

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 15 sa 22)

3.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ nuqqas ta’ osservanza manifest u gravi, mill-istituzzjonijiet, tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħhom – Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament delegat li juża metodu ta’ kalkolu tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners ibbażat fuq l-użu ta’ kontenitur vojt – Att leġiżlattiv bażiku li jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tuża metodu ta’ kalkolu bbażat fuq l-użu ta’ kontenitur mimli – Eżistenza ta’ dubji leġittimi dwar jekk dan il-metodu tal-aħħar huwiex xieraq sabiex jissodisfa l-kriterji ta’ validità xjentifika u ta’ eżattezza tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi – Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju

(Artikolu 290 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 665/2013; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/30, Artikolu 10(1))

(ara l-punti 36 sa 38, 43 sa 45, 52, 81, 82, 94 sa 99)

4.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ nuqqas ta’ osservanza manifest u gravi, mill-istituzzjonijiet, tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħhom – Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament delegat li juża metodu ta’ kalkolu tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners ibbażat fuq l-użu ta’ kontenitur vojt – Metodu ta’ kalkolu li japplika għall-vacuum cleaners kollha indipendentement mit-teknoloġija użata – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Artikolu 290 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 665/2013; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/30, Artikoli 1, 10(1), (2) u (4)(b))

(ara l-punti 105 sa 112)

5.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ nuqqas ta’ osservanza manifest u gravi, mill-istituzzjonijiet, tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħhom – Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament delegat li juża metodu ta’ kalkolu tal-prestazzjoni enerġetika tal-vacuum cleaners ibbażat fuq l-użu ta’ kontenitur vojt – Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Assenza

(Artikolu 290 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 665/2013; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/30)

(ara l-punti 116 sa 119)

6.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ nuqqas ta’ osservanza manifest u gravi, mill-istituzzjonijiet, tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħhom – Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament delegat li jimponi obbligu ta’ tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners – Ksur tal-libertà ta’ intrapriża – Ksur tad-dritt għall-proprjetà – Assenza

(Artikolu 290 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17 u 52(1); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/30)

(ara l-punti 123 sa 132)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dyson Ltd u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


1 ĠU C 139, 15.4.2019.