Language of document : ECLI:EU:T:2021:871


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2021 – JP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T247/20) (1)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati mal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 organizzata għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 7) fil-qasam tat-taxxa  Limitazzjoni tat-talba għal aċċess – Rifjut ta’ aċċess – Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali  Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal  Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla  Aċċess parzjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Artikolu 296TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

(ara l-punti 41 sa 44)

2.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Kamp ta’ applikazzjoni – Dokumenti relatati ma’ kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-Unjoni – Inklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(3))

(ara l-punt 51)

3.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu għall-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

(ara l-punti 53, 54)

4.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Talba għal aċċess għal dokumenti relatati ma’ kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-Unjoni – Issuġġettar għas-sistema tar-Regolamenti tal-Persunal – Osservanza tas-sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 6; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001)

(ara l-punti 55 sa 58)

5.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Żvelar ta’ mistoqsijiet magħmula fl-eżamijiet ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-Unjoni – Preżunzjoni ta’ preġudizzju għall-proċess deċiżjonali – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

(ara l-punti 60 sa 64, 81 sa 84)

6.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu li jingħata aċċess parzjali għad-data mhux koperta mill-eċċezzjonijiet – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(6))

(ara l-punti 124, 125)

7.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni – Talba intiża għall-kumpens għal dannu morali – Rekwiżiti minimi

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punti 139 sa 141)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 195 final tal-24 ta’ Frar 2020 li tikkonċerna talba konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 hija annullata sa fejn tirrifjuta l-aċċess lil JP għad-domandi inklużi fit-taqsimiet “Anchor” u l-partijiet “Possible questions” tal-evalwazzjoni mill-eżaminaturi tar-risposti tagħha mogħtija matul l-intervista dwar il-qasam ikkonċernat (dokument Nru 1) u sa fejn hija tirrifjuta l-aċċess għad-domandi inklużi fil-partijiet “Situation 1”, “Situation 2” u “Situation 3” tal-evalwazzjoni mill-eżaminaturi tar-risposti tagħha mogħtija waqt l-intervista ffokata fuq il-kompetenzi ġenerali (dokument Nru 2) fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


1ĠU C 222, 6.7.2020.