Language of document : ECLI:EU:T:2012:289





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/10)

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Kuntratt El Hierro — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati — Rimbors ta’ somom antiċipati — Kontrotalba tal-Kummissjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt suġġett għad-dritt nazzjonali — Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-ġurisdizzjoni — Esklużjoni (Artikolu 272 TFUE) (ara l-punt 30)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt li jipprevedi għajnuna finanzjarja Komunitarja għal azzjoni ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Talba għar-rimbors ta’ ċerti spejjeż — Kontrotalba li tinkludi interessi moratorji — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt — Dritt tal-Kummissjoni għar-rimbors tal-antiċipu, miżjud bl-interessi moratorji skont ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 86(2)) (ara l-punti 29, 44, 66)

Suġġett

Talba, imressqa fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża, min-naħa, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tas-somma ta’ EUR 84 120 tiġi ddikjarata infondata u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ “nota ta’ kreditu” għall-ammont ta’ EUR 84 120.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 84 120, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.

3)

Il-kumplament tal-kontrotalba tal-Kummissjoni huwa miċħud.

4)

Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.