Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 - Ianniello vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew

(Kawża T-308/04)1

("Servizz Pubbliku -Uffiċċjali - Rapport dwar l-evoluzzjoni tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2001/2002- Rikors għal annullament - Rikors għal kumpens")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Francesco Ianniello (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti)_

Suġġett tal-Kawża

Anullament tar-rapport dwar l-evoluzzjoni tal-karriera tar-rikorrent fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2001/2002, kif ukoll il-ħlas ta' kumpens għad-danni morali sostnuti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni dwar l-adozzjoni tar-rapport dwar l-evoluzzjoni tal-karriera tar-rikorrent fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2001/2002 hija annulata.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ikoll dawk tar-rikorrent.

____________

1 - ĠU C 262 ta' 23.10.2004.