Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 - Pagliacci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-307/04) 1

"Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' tqegħid fuq il-lista ta' riżerva - Ksur ta' l-avviż ta' kompetizzjoni - Kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa"

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo Pagliacci (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, wara F. Schiaudone, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ġurija tal-kompetizzjoni COM/A/1/02 li tagħti lir-rikorrent marka insuffiċjenti fl-eżamijiet sabiex jitqiegħed fuq il-lista tal-kandidati magħżula.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-ġurija tal-kompetizzjoni COM/A/1/02 li tagħti lil Carlo Pagliacci marka insufficjenti fl-eżamijiet sabiex jitqiegħed fuq il-lista tal-kandidati magħżula hija annullata.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 262, 14.5.2005.