Language of document :

Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2023 minn Magnetrol International et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-20 ta’ Settembru 2023 fil-Kawżi T-263/16 RENV, T-265/16, T-311/16, T-319/16, T-321/16, T-343/16, T-350/16, T-444/16, T-800/16 u T-832/16, Magnetrol International et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-757/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Magnetrol International, Puratos, Delta Light, Ontex, Siemens Industry Software, BASF Antwerpen NV, Ansell Healthcare Europe NV, Trane, Inc., Kinepolis Group, Vasco Group, Mayekawa Europe NV/SA (rappreżentanti: H. Gilliams, L. Goossens, advocaten)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Celio International SA, Astra Sweets, Soudal NV, Esko-Graphics BVBA, Flir Systems Trading Belgium, Celio International SA, Anheuser-Busch InBev, Ampar, Atlas Copco Airpower, Atlas Copco AB, ZF CV Systems Europe, li kienet Wabco Europe

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti f’din il-kawża, kif ukoll fil-Kawżi T-263/16, T-263/16 RENV, C-337/19 P, T-265/16, T-311/16, T-319/16, T-321/16, T-343/16, T-350/16, T-444/16, T-800/16, u

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/1699 1 u, fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 2 tagħha.

jew, sussidjarjament:

tannulla s-sentenza appellata, u

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa dirett kontra l-konstatazzjoni fis-sentenza appellata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/1699 iddefiniet b’mod korrett il-qafas ta’ referenza u kienet ukoll iġġustifikata li tikkonstata li l-iskema tidderoga mis-sistema ta’ referenza.

It-tieni aggravju huwa dirett kontra l-konstatazzjoni fis-sentenza appellata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/1699 kienet iġġustifikata li tikklassifika l-iskema bħala miżura selettiva.

It-tielet aggravju huwa dirett kontra l-konstatazzjoni fis-sentenza appellata li l-ordni ta’ rkupru, kif espressa fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/1699, kienet iġġustifikata.

____________

1     Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (ĠU 2016, L 260, p. 61).