Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta' Settembru 2010 - Jacobs vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-41/05) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati mniżżla f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fil-grad b'applikazzjoni ta' regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kurt Jacobs (Bruges, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent, imniżżel f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b'applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta' dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 205, 20/08/2005, p. 26. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-220/05 u ttrasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).