Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2019 – Liga Nacional de Fútbol Profesional vs EUIPO (El Clasico)

(Kawża T-809/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Liga Nacional de Fútbol Profesional (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Casas Feu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni El Clasico – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 379 292

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1966/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tagħti sentenza li permezz tagħha tintlaqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali fl-Unjoni Ewropea Nru 1 379 292 El Clásico (imħalta) fil-klassi 41 f’isem il-Liga Nacional de Fútbol Profesional;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________