Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – SFD vs EUIPO – Allmax Nutrition (ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION)

(Kawża T-35/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti ALLMAX NUTRITION – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]ˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SFD S.A. (Opole, il-Polonja) (rappreżentant: T. Grucelski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Allmax Nutrition Inc. (North York, Ontario, il-Kanada)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28  ta’ Ottubru 2020 (Każ R 511/2020-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Allmax Nutrition u SFD.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

SFD S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 98, 22.3.2021.