Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2013 – El Corte Inglés vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/09) 1

(“Unjoni doganali – Importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti ddikjarati bħala li joriġinaw mill-Ġamajka – Irkupru ‘a posteriori’ tad-dazji fuq l-importazzjoni – Talba ta’ maħfra tad-dazji – Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni – Annullament mill-qorti nazzjonali tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ teħid inkunsiderazzjoni a posteriori tad-dazji – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti : M. Baz u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u L. Keppenne, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Axstores AB, li kienet Åhléns AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: inizjalment P. Fohlin u U. Käll, sussegwentement U. Käll u T. Wetterlundh, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6317 finali, tat-3 ta’ Novembru 2008, li tikkonstata, minn naħa, li hemm lok li jsir l-irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni mhux mitluba mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata minn sitwazzjoni partikolari, li tikkonċerna l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti ddikjarati bħala li joriġinaw mill-Ġamajka (Każ REM 03/07)DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.