Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Selecciones Americanas (VOGUE CAFÉ)

(Kawża T-40/09) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trade mark Komunitarja verbali VOGUE CAFÉ – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Vogue u VOGUE studio u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VOGUE – Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Pethke u D. Botis, sussegwentement I. Harrington, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Selecciones Americanas, SA (Sitges, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ R 0280/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Selecciones Americanas, SA u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċizjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ R 0280/2008-4), sa fejn hija tikkonkludi li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, VOGUE CAFÉ, u t-trade mark figurattiva Spanjola VOGUE studio rreġistrata bin-numru 2529728.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Advance Magazine Publishers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 82, 4.4.2009.