Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Mejju 2008 - SNIV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/04)1

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Terminu għal preżentata ta' rikors - Punt ta' tluq - Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni qasira fil-Ġurnal Uffiċjali - Sit Internet - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Syndicat national de l'industrie des viandes (SNIV) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Coutrelis u S. Henneresse, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta : Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 936 finali, tat-30 ta' Marzu 2004, dwar il-miżuri ta' għajnuna kkunsidrati mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jiffinanzjaw is-servizz pubbliku tat-tqattigħ tal-karkassi (Għajnuna mill-Istat Nru 515/2003 - Franza).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Is-Syndicat national de l'industrie des viandes (SNIV) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 273, 6.11.2004.