Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2023 – Listan vs EUIPO (Silent Loop)
(Kawża T-501/23)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Listan GmbH (Glinde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Pietzcker u C. Spintig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “Silent Loop” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 624 519
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 187/2023-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________