Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2011 - Nutrichem Diät + Pharma vs UASI - Gervais Danone (Active)

(Kawża T-414/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nutrichem Diät + Pharma GmbH (Roth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Jochim u R. Egerer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie Gervais Danone (Levallois Perret, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Mejju 2011 fil-Każ R 683/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant(i) għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "Active", għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 423 316

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Compagnie Gervais Danone

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "ACTIVIA", għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur i) tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 1, tar-Regola 50(1) u tar-Regola 19(1) u (3) tar-Regolament Nru 2868/95 2, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat li t-trade mark preċedenti kellha karattru deskrittiv medju, ii) tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u iii) tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li d-deċiżjonijiet paralleli tal-Uffiċċju Ġermaniż tal-privattivi u tat-trade marks kif ukoll ta' awtoritajiet nazzjonali oħra invokati mir-rikorrenti ma ttieħdux inkunsiderazzjoni mill-konvenut għall-finijiet tad-deċiżjoni tiegħu

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).