Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Lulju 2011 - Welte - Wenu vs UASI - Il-Kummissjoni (Rappreżentazzjoni ta' ċirku bi 12-il stilla fuq sfond blu)

(Kawża T-413/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Welte - Wenu GmbH (Neu-Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-12 ta' Mejju 2011 - Każ R 1590/2010;

tiċħad l-appell tal-Unjoni Ewropea kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja EDS EUROPEAN DRIVESHAFT SERVICES (u għalhekk din l-istess talba);

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedimenti marbuta mat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità u mal-appell, kif ukoll lill-konvenut għall-ispejjeż ta' din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva, b'ċirku bi 12-il stilla fuq sfond blu, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 - Trade mark Komunitarja Nru 2 180 800

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-Kummissjoni Ewropea

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark Komunitarja ġiet irreġistrata bi ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u t-trade mark Komunitarja annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(g), (h) u (i), 55 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009, tal-Artikolu 6b(1)(c) tal-Konvenzjoni ta' Pariġi u tas-subparagrafu (iv) tal-paragrafu (b) tar-Regola 37(b) tar-Regolament Nru 2868/95 billi t-trade mark Komunitarja ma kinitx irreġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009

____________