Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Novembru 2012 - Hartmann vs UASI (Nutriskin Protection Complex)

(Kawża T-415/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Nutriskin Protection Complex - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Prattika deċiżjonali tal-UASI - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u A. Poch, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta' Mejju 2011 (Każ R 1524/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal Nutriskin Protection Complex bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Paul Hartmann AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 298, 08.10.2011.