Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-418/11 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Assigurazzjoni għall-mard – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi – Talba għal ħatra ta’ tabib indipendenti – Terminu raġonevoli – Ċaħda ta’ talba għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni – Talba għal annullament – Talba għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi – Lis alibi pendens”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, De Nicola vs BEI (F-49/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, De Nicola vs BEI (F-49/10), hija annullata, sa fejn hija tiċħad it-talbiet ta’ C. De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li tiċħad it-talba tiegħu għal ħatra tat-tielet tabib.

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

Id-deċiżjoni tal-BEI li tiċħad, minħabba tardività, it-talba ta’ C. De Nicola sabiex taħtar it-tielet tabib hija annullata.

C. De Nicola u l-BEI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 282, 24.09.2011.