Language of document : ECLI:EU:T:2012:589





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 – Hartmann vs UASI (Nutriskin Protection Complex)

(Kawża T-415/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Nutriskin Protection Complex — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Prattika deċiżjonali tal-UASI — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 10)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 20-24)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark verbali Nutriskin Protection Complex (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 25-30)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 36)

5.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 39, 40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1524/2010‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal Nutriskin Protection Complex bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Paul Hartmann AG hija kkundannata għall-ispejjeż.