Language of document : ECLI:EU:T:2013:559





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2013 — Biotronik SE vs UASI – Cardios Sistemas (CARDIO MANAGER)

(Kawża T‑416/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali CARDIO MANAGER — Trade mark nazzjonali verbali CardioMessenger — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-provi li jirrigwardaw fatti mhux ippreżentati qabel quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 19)

2.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 27-33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas‑27 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1156/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Biotronik SE & Co. KG u Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Biotronik SE & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.