Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 taʼ April 2013 - IPK International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-671/11)
"Għajnuna għall-finanzjament taʼ proġett taʼ turiżmu ekoloġiku - Rimbors tal-ammonti rkuprati - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti intiża għat-tħassir tal-għajnuna - Interessi kumpensatorji - Interessi moratorji - Kalkolu"
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: IPK International - World Tourism Marketing Consultants GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Pitschas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac, G. Wilms u G. Zavvos, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 taʼ Ottubru 2011, [ENTR/R1/HHO/lsa - entre.r.l(2011)1183091] li r-rikorrenti tingħata ammont totali ta' EUR 720 579.90, inkluż l-ammont ta' EUR 158 618.27 bħala interessi kumpensatorji.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 taʼ Ottubru 2011 [ENTR/R1/HHO/lsa - entre.r.l(2011)1183091] hija annullata sa fejn l-ammont tal-interessi li għandhom jitħallsu lil IPK International - World Tourism Marketing Consultants GmbH li huwa stabbilit hemmhekk huwa limitat għal EUR 158 618.27.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 65, 03.03.2012.