Language of document : ECLI:EU:T:2013:593





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 — Efag Trade Mark Company vs UASI (FICKEN LIQUORS)

(Kawża T‑54/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FICKEN LIQUOURS — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità — Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità — Eżami b’riferiment għall-perċezzjoni tas-sinjal mill-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(f)) (ara l-punti 12, 21-23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità — Trade mark figurattiva FICKEN LIQUORS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(f)) (ara l-punti 13-38)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(f)) (ara l-punt 19)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2544/2011‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv FICKEN LIQUORS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Efag Trade Mark Company GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.