Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta' Ottubru 2012 - H. J. Kooistra vs Burgemeester van Skarsterlân

(Kawża C-447/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H. J. Kooistra.

Konvenut: Burgemeester van Skarsterlân.

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta' Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠUL 153M, 07.06.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta[t]-28 ta' Mejju 2009[,li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 142, p. 1)], għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament ma huwiex applikabbli fir-rigward tal-karti tal-identità maħruġa mill-Istati Membri liċ-ċittadini tagħhom, bħall-KIP [Karta tal-Identità tal-Pajjiżi l-Baxxi], irrispettivament mill-perijodu ta' validità tagħhom u irrispettivament mill-possibbiltajiet li dawn jintużaw bħala dokument tal-ivvjaġġar?

Jekk mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta' Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 07.06.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta[t]-28 ta' Mejju 2009, [li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 142, p. 1)], huwa tassew applikabbli fir-rigward tal-karti tal-identità, bħall-karta tal-identità tal-Pajjiżi l-Baxxi, b'rigward għall-possibbiltajiet li dawn jintużaw bħala dokument tal-ivvjaġġar, l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-regolament huwa validu fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tikkonferma l-validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta' Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 07.06.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta[t]-28 ta' Mejju 2009[,li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 142, p. 1)], l-Artikolu 4(3) tar-Regolament, fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-ewwel parti tal-Artikolu 7 u tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva dwar il-privatezza  moqrija flimkien mal-ewwel parti tal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 6(1)(b) ta' din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jimplementaw dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jiġġarantixxu permezz tal-liġi li d-data biometrika miġbura u maħżuna abbażi ta' dan ir-regolament ma tistax tiġi miġbura, ipproċessata u użata għal finijiet oħra għajr għall-ħruġ ta' dan id-dokument?

____________

1 - Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355)