Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Mejju 2011 - Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, blu ċar, blu skur, okra u beġ)

(Kawża T-231/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (Rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-4 ta' Marzu 2011 (Każ R 2041/2010-4) dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 008 423 626 (trade mark figurattiva);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, blu ċar, blu skur, okra u beġ, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 8 423 626

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, billi t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv, u ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma eżaminax l-allegazzjonijiet estensivi ta' fatt u ta' dritt mqajma mir-rikorrenti.

____________