Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Ġunju 2012 - Arango Jaramillo et vs BEI

(Kawża T-234/11 P) 

("Appell - Servizz Pubbliku - Persunal tal-BEI - Pensjonijiet - Kontribuzzjoni għas-skema tal-pensjonijiet - Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Tardività - Terminu raġonevoli")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Oscar Orlando Arango Jaramillo (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-34 membru tal-persunal ieħor tal-Bank Ewropew tal-Investiment li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness għas-sentenza (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u T. Gilliams, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta' Frar 2011, Arango Jaramillo et vs BEI (F-34/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Oscar Orlando Arango Jaramillo u l-34 membru tal-persunal ieħor tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-BEI fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011.