Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 – Arango Jaramillo et vs BEI

(Kawża T-234/11 P-RENV-RX P) 1

(“Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala inammissibbli — Pensjonijiet — Żieda fil-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Terminu raġonevoli”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Arango Jaramillo (Lussemburgu, il-Lussemburgu ) u l-34 appellant ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Appellata: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u T. Gilliams, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Frar 2011, Arango Jaramillo et vs BEI (F-34/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

Id-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Frar 2011, Arango Jaramillo et vs BEI huwa annullat.

Il-kawża hija rrinvjata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 ĠU C 211, 16.07.2011