Language of document : ECLI:EU:T:2013:49





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑235/11)

“Fondi ta’ koeżjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment mill-Fond lil ħames proġetti li jikkonċernaw l-implementazzjoni ta’ ċerti linji ta’ netwerk ferrovjarju b’veloċità għolja fi Spanja — Terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 — Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2002 — Provvisti addizzjonali — Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali — Kunċett ta’ ‘ċirkustanza imprevista’ — Artikolu 20(2)(e) u (f) tad-Direttiva 93/38/KEE”

1.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjamenti Komunitarji mogħtija għal azzjonijiet nazzjonali — Regolament Nru 1164/94 — Sospensjoni jew tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja wara irregolaritajiet — Previżjoni ta’ terminu ta’ dekadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Anness II, Artikolu H(2)) (ara l-punt 32)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Interpretazzjoni uniformi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti (ara l-punti 32, 33)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni ta’ regolament ta’ implementazzjoni fid-dawl tar-regolament bażiku (ara l-punt 37)

4.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38 — Għoti ta’ kuntratti — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza — Portata — Tibdil mill-awtorità kontraenti, wara l-għoti, ta’ waħda mill-kundizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar — Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill, Artikoli 4(2) u 20(2)(e) u (f)) (ara l-punti 45-48, 52-55, 63, 66-71)

5.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38 — Derogi mir-regoli komuni — Interpretazzjoni stretta — Użu tal-proċedura nnegozjata — Limiti (Direttiva tal-Kunsill 93/38) (ara l-punti 57, 58)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Neċessità ta’ traspożizzjoni kompleta — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 93/38) (ara l-punt 59)

7.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38 — Għoti ta’ kuntratt — Tibdil tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt pubbliku matul il-perijodu ta’ validità tiegħu — Kunċett ta’ tibdil sostanzjali (Direttiva tal-Kunsill 93/38) (ara l-punt 70)

8.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38 — Derogi mir-regoli komuni — Interpretazzjoni stretta — Eżistenza ta’ ċirkustanzi imprevisti — Oneru tal-prova (Direttiva tal-Kunsill 93/38, Artikolu 20(2)) (ara l-punti 80-86, 89-94, 97-103, 105, 106)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 1023 finali, tat-18 ta’ Frar 2001, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta’ proġett intitolati “Provvista u istallazzjoni ta’ tagħmir ferrovjarju fuq il-linja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Madrid-Lérida” (CCI 1999.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma, fażi 1)” (CCI 2000.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Aċċess ferrovjarju għall-istazzjon il-ġdid ta’ Zaragoza” (CCI 2000.ES.16.C.PT.003), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell. Subsezzjoni X-A (Olérdola-Avinyonet del Penedés” (CCI 2001.ES.16.C.PT.007), “Aċċess ferrovjarju ġdid tal-linja b’veloċità għolja f’Levante. Subsezzjoni La Gineta-Albacete (pjattaforma)” (CCI 2004.ES.16.C.PT.014) u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tal-istess deċiżjoni fir-rigward tal-korrezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.