Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2013 – H.P. Gauff Ingenieure vs UASI – Gauff (Gauff JBG Ingenieure)

(Kawża T-585/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schneider-Rothhaar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 596/2013-1);

tibgħat lura l-kawża quddiem l-UASI bir-rakkomandazzjoni li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Gauff JBG Ingenieure” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11, 19, 36, 37, 39, 40, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 992 967Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gauff GmbH & Co. Engineering KGTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża u Komunitarja “Gauff”, kif ukoll it-trade mark figurattiva Ġermaniża u Komunitarja “GAUFF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 39, 40, 41, 42 u 44Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: talba għall-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedent

i miċħuda u appell miċħud bħala inammissibbliMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 207/2009