Language of document :

Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2022 minn QB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fit-8 ta’ Dicembru 2021 fil-Kawża T-71/21, QB vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-88/22 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: QB (rappreżentant: R. Wardyn, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata, fl-intier tagħha;

u, għalhekk

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta’ April 2020 u tat-3 ta’ Novembru 2020,

jew, fin-nuqqas ta’ dan,

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk tal-appellant taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju uniku bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u jsostni li l-Qorti Ġenerali:

wettqet żball meta ddeterminat li l-attività professjonali prinċipali tal-appellant peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni x-xogħol imwettaq mill-appellant għall-Istat tal-Polonja u l-istatus tiegħu ta’ Mħallef;

wettqet żball fid-definizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ “xogħol li sar [għal] Stat ieħor”;

injorat u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni x-xogħol imwettaq mill-appellant għall-Istat tal-Polonja u l-istatus tiegħu ta’ Mħallef waqt li eżaminat l-eċċezzjoni ta’ “xogħol li sar [għal] Stat ieħor”.

____________