Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Awwissu 2022 – SN et vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-540/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SN, AS, RA, AA, OK, SD, IS, YZ, VK, VM, SP, OZ, OK, MM, PS, OP, ST, OO, ST, OS, AB, AT, PM, IY, SO, HY, VK, VL, DT, DM, DK, OK, MK, VM, VM, AY, PD, SS, OH, AZ, RS, VD, AI, OK

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita mill-Artikoli 56 u 57 TFUE tinkludi dritt ta’ residenza fi Stat Membru dderivat minn dan id-dritt għall-ħaddiema ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jistgħu jiġu impjegati f’dan l-Istat Membru minn fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 56 TFUE jipprekludi, fil-każ fejn it-tul ta’ żmien tal-provvista ta’ servizzi jaqbeż it-tliet xhur, l-obbligu li jintalab permess ta’ residenza għal kull ħaddiem individwali minbarra s-sempliċi obbligu ta’ notifika impost fuq il-fornitur ta’ servizzi?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 56 TFUE jipprekludi

dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tgħid li l-perijodu ta’ validità ta’ tali permess ta’ residenza ma jistax jaqbeż is-sentejn, indipendentement mit-tul ta’ żmien tal-provvista ta’ servizzi?

li l-perijodu ta’ validità ta’ tali permess ta’ residenza jkun limitat għall-perijodu ta’ validità tal-permess ta’ xogħol u ta’ residenza fl-Istat Membru li fih il-fornitur ta’ servizzi huwa stabbilit?

il-ġbir ta’ dazji għal kull applikazzjoni (jew kull applikazzjoni għal tiġdid) li l-ammont tagħhom ikun ekwivalenti għal dak ta’ dazji dovuti għal permess ordinarju għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ impjieg minn ċittadin ta’ pajjiż terz, iżda ħames darbiet ogħla mill-ammont tad-dazji dovuti għal ċertifikat ta’ residenza regolari għal ċittadin tal-Unjoni?

____________