Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Settembru 2016 – Konstantinos Mallis (C-105/15 P), Elli Konstantinou Malli, (C-105/15 P), Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou (C-106/15 P), Petros Chatzithoma, (C-107/15 P), Elenitsa Chatzithoma (C-107/15 P), Lella Chatziioannou (C-108/15 P), Marinos Nikolaou (C-109/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawżi magħquda C-105/15 P sa C-109/15 P) 1

(Appell – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà tar-Repubblika ta’ Ċipru – Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro li tirrigwarda, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru – Rikors għal annullament)

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Konstantinos Mallis (C-105/15 P), Elli Konstantinou Mallis (C-105/15 P), Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou (C-106/15 P), Petros Chatzithoma (C-107/15 P), Elenitsa Chatzithoma (C-107/15 P), Lella Chatziioannou (C-108/15 P), Marinos Nikolaou (C-109/15 P) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, dikigoroi)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Koutsoukou, O. Heinz u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

L-appelli fil Kawżi C-105/15 P sa C-109/15 P huma miċħuda.

Konstantinos Mallis, Elli Konstantinou Malli, Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou, Petros Chatzithoma, Elenitsa Chatzithoma, Lella Chatziioannou u Marinos Nikolaou huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 178, 1.6.2015.