Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Harbaoui vs EUIPO – Google (GC GOOGLE CAR)

(Kawża T-568/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GC GOOGLE CAR – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GOOGLE – Raġuni relattiva għal rifjut – Profit indebitament mislut mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zoubier Harbaoui (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Bove, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u C. Schmitt, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 902/2020-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Zoubier Harbaoui huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 431, 25.10.2021.